Ir-referee Franċiż, Francois Letexier se jkun ir-referee tal-finali bejn Spanja u l-Ingilterra ta’ nhar il-Ħadd li ġej f’Berlin.
Letexier, li għandu 35 sena, ilu referee tal-UEFA sa mill-2017 fejn diġà mexxa 65 partita tal-UEFA matul il-karriera tiegħu. Matul l-EURO 2024 hu rrefja l-partita bejn Spanja u Georgia, Danimarka kontra Serbja u l-partita bejn il-Kroazja u l-Albanija. Matul l-istaġun li għadda hu kien ukoll ir-raba’ uffiċjal fil-finali tal-UEFA Champions League bejn Real Madrid u Borussia Dortmund.
Il-kontinġent kollu tar-referees se jkun Franċiż fejn se jkun assistit minn Cyril Mugnier u Mehdi Rahmouni.
//= $special ?>