Il-pumpieri fil-belt ta’ Rouen, fit-tramuntana ta’ Franza, issejħu sabiex jikkontrollaw nar li żviluppa fil-kampnar ta’ katidral Gotiku famuż.
S’issa s-sindku tal-belt għadu ma jafx il-kawża tan-nar, iżda qal li r-riżorsi qed jintużaw kollha sabiex jikkontrollaw in-nar. In-nar jidher li żviluppa fit-tarf tal-kampnar – li hu magħmul mill-metall.
Il-katidral ta’ Marija Assunta ġie evakwat u fortunatament ma kien hemm ebda vittmi.
Bħalissa il-katidral qed jiġi rinnovat u l-ammont ta’ ħsara li saret għadha mhix magħruf.
//= $special ?>