Lokali

Il-Kompetizzjoni tal-Akkademja ta’ Koki Żgħażagħ San Pellegrino 2024

Il-preparazzjoni għall-Kompetizzjoni tal-Akkademja ta’ Koki Żgħażagħ S.Pellegrino 2024, inizjattiva
globali li ġiet imwaqqfa’ bl-għan li tiskopri u tigwida l-iktar kokijiet żgħażagħ kapaċi minn madwar
id-dinja, qabdet ġmielha. Il-pajjiż li ser jospita dan l-avveniment ġie magħżul, u l-avveniment ser iseħħ fil-gżejjer Maltin f’nofs ix-xahar ta’ Novembru 2024.

Il-ġurija lokali għall-Finali tal-Ewropa t’Isfel u tar-Reġjun Mediterran, inkarigati biex iħabbru r-rebbieħ
reġjonali, wkoll ġew imħabbra. Dawn huma Thanos Feskos mill-Greċja; Iwona Niemczewska mill-Polonja;
Alexandru Iacob mir-Rumanija; Igor Jagodic mill-Islovenja u mill-pajjiż ospitanti, Malta, Victor
Borg.

Sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fil-finali tal-Ewropa t’Isfel u tar-Reġjun Mediterran, kokijiet taħt it-30
sena mistennija jippreżentaw platt li juri t-talent, il-kreattività u l-viżjoni tagħhom. L-ewwel, l-applikanti
ser jiġu assessati mill-ALMA, l-Iskola Internazzjonali Taljana tal-Arti Kulinarja, li ser tfassal il-lista
ta’ kompetituri qabel il-Finali Reġjonali.

Matul il-Finali Reġjonali, il-membri tal-ġurija ser jevalwaw il-platti skont tliet Regoli tad-Deheb, fejn
għal kull wieħed minnhom ser jevalwaw punteġġ bejn 1 u 10 f’dawn ir-regoli.

Ħiliet teknici

Ħiliet tekniċi u kompetenza għall-fażijiet kollha tal-iproċessar tal-ikel.

Kreattività

Il-ħila li tgħaqqad il-filosofija tal-kċina fi ħdan riċetta. Ħila li tiddefinixxi
l-esperjenza, l-għarfien u l-ħiliet professjonali b’mod distint u innovattiv, kif ukoll li tesplora
perspettivi ġodda, stimulanti, u innovattivi bi stil personali u kontemporanju, waqt li jinżamm
bilanċ perfett bejn it-togħma u d-dehra.

Twemmin Personali

Il-ħila li tikkomunika l-profil personali tiegħek, u l-viżjoni tiegħek tad-dinja kulinarja f’messaġġ ċar. Il-messaġġ ikun qed jitwassal permezz tal-ħolqien tal-platt li huwa xejn inqas minn espressjoni ta’ konvinzjonijiet, viżjonijiet, esperjenzi u ħiliet tekniċi li jwasslu għall-għaġna tal-valuri u l-identità fit-tisjir tal-Kok Żagħżugħ.

Ir-rebbieħa tal-Finali Reġjonali mhux biss se jiksbu viżibbiltà u prestiġju fid-dinja kulinarja iżda se
jkollhom ukoll iċ-ċans li jikkompetu għall-Premju Globali tal-Akkademja ta’ Koki Żgħażagħ S.Pellegrino
2024, fil-Gran Finale f’ Milan, fl-2025.

Il-Kompetizzjoni ser tinkludi wkoll tliet premjijiet addizzjonali flimkien mal-premju prinċipali: il-Premju
tar-Responsabbiltà Soċjali vvottata mill-Assoċċazzjoni tar-Ristoranti Sostenibbli li tmexxi l-programm
‘Food Made Good;’ il-premju tal-Acqua Panna għall-Konnessjoni fil-Gastronomija, ivvotata
mill-mentors tal-kompetizzjoni; u l-premju tal-‘Fine Dining Lovers Food for Thought’ ivvotata
mill-qarrejja ta’ ‘Fine Dining Lovers.’

Alberto Rocchi mill-kumpanija Charles Grech Company Limited, id-distributur lokali tal-Acqua Panna
u S.Pellegrino qal li “Malta hija l-post ideali biex tospita wieħed mill-aktar premji prestiġjużi fl-industrija
kulinarja, u qed naħdmu f’diversi livelli biex nagħmlu din il-ħolma realtà għall-gżejjer tagħna,
il-parteċipanti u r-rappreżentanti tad-ditta. Malta lesta biex tilqagħkom kollha.”

Biex tiskopru iktar fuq l-inizjattiva, morru fuq: https://sanpellegrinoyoungchefacademy.com

S.Pellegrino u Acqua Panna
S.Pellegrino, Acqua Panna u Sanpellegrino Italian Sparkling Drinks huma trademarks internazzjonali
ta’ Sanpellegrino S.p.A., li hija bbażata f’Milan, l-Italja. Imqassma f’aktar minn 150 pajjiż permezz ta’
fergħat u distributuri fil-ħames kontinenti kollha, dawn il-prodotti jirrappreżentaw eċċellenza ta’ kwalità
bis-saħħa tal-oriġini tagħhom u jinterpretaw perfettament l-istil Taljan mad-dinja kollha bħala sinteżi ta’
pjaċir, saħħa u benesseri. Imwaqqfa fl-1899, Sanpellegrino S.p.A. hija l-kumpanija ewlenija fis-settur
tax-xorb fl-Italja bil-varjeta tagħha ta’ ilmijiet minerali, aperittivi mhux alkoħoliċi, xorb u iced teas.