Sport

It-tim nazzjonali tat-table tennis f’kompetizzjoni internazzjonali

It-tim nazzjonali Malti tat-table tennis se jieħu sehem fil-kampjonati Ewropej taż-żgħażagħ organizzat mill-European Table Tennis Union (ETTU).

L-iskwadra ta’ disa’ plejers żgħażagħ immexxija mill-coaches Mario Genovese u Edward Baldacchino, telqu lejn Malmo, fl-Iżvezja, sabiex jipparteċipa f’dan it-tournament li jibda nhar il-Ġimgħa li ġej u jibqa’ sejjer sal-21 ta’ Lulju.

Il-Maltin huma rrappreżentati minn plejers fil-kategoriji ta’ taħt il-15-il sena, taħt id-19-il sena kemm subien kif ukoll bniet.

Under 15 Subien: Neil Incorvaja, Oliver Farrin-Thorne, Matthew Zammit
Under 19 Irġiel: Luke Bonello, Luke Fenech, Sebastian Farrin-Thorne
Under 19 Nisa: Anthea Cutajar, Rachel Mifsud, Alice Mariani.

B’kollox se jieħdu sehem 16-il tim fejn il-Maltin se jipparteċipaw kemm fil-kategorija singles kif ukoll dik doubles.