F’Wimbledon wara l-aħħar partiti tal-kwartifinali saru magħrufa s-semifinalisti.
Filwaqt li Novak Djokovic ingħata walkover kontra Alex de Minaur tal-Awstralja, is-seed numru 9, fil-court centrali rajna l-konfront bejn Lorenzo Musetti tal-Italja, seed numru 25, u Taylor Fritz tal-Istati Uniti, seed numru 13.
Wara li Fritz rebaħ l-ewwel set 6 – 3, f’reazzjoni immedjata Musetti rebaħ it-tieni set 7 – 6 sabiex bir-rebħ tat-tielet set 6 – 2 mar fil-vantaġġ. Taylor Fritz għamel l-iskor 2 – 2 meta rebaħ ir-raba’ set 6 – 3. L-aħħar set intrebaħ minn Musetti 6 – 1 sabiex sab post għall-ewwel darba fil-karriera f’semifinali ta’ Wimbledon u b’xi mod taffa d-dizappunt għall-Italja bl-eliminazzjoni ta’ Jannik Sinner ġurnata qabel.
Is-semfinali se jintlgħabu bejn Daniil Medvedev seed numru 5 u Carlos Alcaraz seed numru 3; u bejn Novak Djokovic seed numru 2, u Lorenzo Musetti seed numru 25.
//= $special ?>