Internazzjonali

ĠAPPUN: Mara li tkaxkret mill-kurrent tinstab wara 36 siegħa

Kellha tmiem pożittiv is-saga ta’ mara li għażlet li tqatta’ ġurnata ta’ rilassament ħdejn il-baħar; ġurnata li żgur ma marritx kif xtaqet.

Din il-mara Ċiniza ta’ madwar 20 sena ġiet irrapurtata nieqsa nhar it-Tnejn filgħaxija mill-ħabiba tagħha stess, wara li marret tgħum fiz-zona ta’ Shizuoka.

Il-mara ħarget tgħum b’rubber ring u nġarret mill-kurrent ‘il barra madwar 80 kilometru ‘l bogħod mill-bajja li kienet qed tgħum fiha flimkien mal-ħabiba tagħha. Hi ġiet salvata wara 36 siegħa mill-ekwipaġġ li kien fuq dgħajsa zgħira fil-viċinanzi tal-penisola ta’ Boso.