Jerome Caruana Cilia, PN
Pajjiżna jeħtieġ bidla fil-kultura u l-mentalità fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Hekk sostna x-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriza u Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia waqt diskors fil-Parlament waqt dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà waqt ix-Xogħol. “Jeħtieġ li mill-kliem ngħaddu għall-fatti. Jeħtieġ li tassew ikollna r-rieda li nbiddlu l-mentalità fejn il-bniedem, il-benesseri tal-ħaddiem tkun fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tagħna”, insista Jerome Caruana Cilia.
Huwa żied jgħid li filwaqt li kien pożittiv li l-Gvern ressaq liġi dwar dan is-suġġett, ikkritika l-fatt li l-istess Gvern dam aktar minn sena jkaxkar saqajh dwar aspett tant importanti, biex issa, irid jgħaddi liġi ġdida b’għaġġla kbira.
Jerome Caruana Cilia rabat is-suġġett mal-għajta tal-Partit Nazzjonalista favur ekonomija li taħdem għan-nies. “Ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema waqt il-qadi ta’ dmirijiethom timxi id f’id ma’ politika ekonomika li tati dinjità lill-ħaddiema u mhux waħda li toħloq skjavitu modern.
F’diskussjoni li affrontant ukoll is-sensiela ta’ inċidenti fatali fuq il-postijiet tax-xogħol, Caruana Cilia fakkar il-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia fuq il-lant tax-xogħol u l-inkjesta pubblika li saret minkejja l-oppożizzjoni totali tal-Gvern Laburista. Huwa fakkar kif l-istess inkjesta kixfet “kummiedja ta’ żbalji”, fejn ħadd ma kien qed jerfa’ r-responsabbiltà għat-taħwid li kien għaddej: “Dan għandu jkun l-Istat li naqas milli jżomm għajnejh miftuħa għat-taħwid fil-qasam tal-eżekuttiv, fejn kulħadd jimxi fuq il-binarju tiegħu, bla ma jrendi kont lejn ħadd. Attitudni bħal din hija inaċċettabbli u li jeħtieġ tinbidel minnufih.”
Id-deputat Jerome Caruana Cilia esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li meta kien affaċċjat b’din ir-realtà traġika, il-Prim Ministru Robert Abela flok għamel dak li hu sewwa, ipprova juża traġedja ta’ 29 sena ilu, dik tal-Um El Faroud għall-gwadann politiku. Din kienet wasslet għal kundanna anke mill-qraba tal-vittmi ta’ dik id-diżgrazzja kbira.
Waqt id-diskussjoni, id-deputat Nazzjonalista qajjem numru ta’ mistoqsijiet marbuta mal-abbozz imressaq mill-Gvern, fosthom il-kompożizzjoni tal-Bord, il-ħatra tal-Kap Eżekuttiv, x’riga ser tintuża fejn għandu x’jaqsam mal-penali amministrattivi u l-fatt li l-abbozz jitfa’ ħafna piż fuq il-multi u l-pieni mingħajr ma jistabbilixxi kriterji ċari, fost oħrajn tà pagi li jrendu u mhux cheap labour”, qal il-kelliem Nazzjonalista.
Id-deputat Jerome Caruana Cilia temm l-intervent tiegħu b’appell imqanqal biex iż-żewġ naħat tal-Kamra jaħdmu flimkien biex l-ambjent tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol ikun aktar sigur. “Jien għandi xewqa, u nittama li din tkun ix-xewqa tagħna lkoll, illi jkollna sena sħiħa mingħajr fatalità waħda li hi waħda fuq il-post tax-xogħol. Hemmhekk verament ikun ifisser li nkunu tgħallimna u mxejna ‘l quddiem. Il-ħajja tal-bniedem, tal-ħaddiema Maltin jew barranin, għandha valur għoli wisq. Ejja naħdmu biex tassew nissalvagwardjaw ħajjet il-ħaddiema kollha mingħajr ebda distinzjoni,” temm Jerome Caruana Cilia.
//= $special ?>