“Il-pressjoni li Robert Abela qed jagħmel fuq il-ġudikatura hija inaċċettabbli.”
Hekk sostna x-Shadow Minister Karol Aquilina fi stqarrija hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa f’kummenti mal-ġurnalisti Robert Abela kompla jifta’ l-pressjoni fuq il-ġudikatura b’rabta mal-kawża li qed jaffaċċja Chris Fearne.
Dan seħħ meta fil-kummenti tiegħu Robert Abela kompla jgħid li hija possibbiltà reali li Chris Fearne jkun nominat għal Kummissarju Ewropew, jekk ikun illiberat mill-akkużi.
Fl-istqarrija ntqal li għal darb’oħra Robert Abela qed jipprova jfixkel il-kors tal-ġustizzja għaliex minflok qed jagħti appoġġ sħiħ lill-prosekuturi, Robert Abela qed jagħmel pressjoni fuq il-Maġistrat billi jitfa’ fuqu l-piż tad-deċiżjoni dwar in-nomina ta’ Malta għal Kummissarju Ewropew.
//= $special ?>