Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Gudja

Sewwieq ta’ mutur minn Ħal Għaxaq kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.

Il-każ seħħ fl-għaxra tal-Ħamis filgħodu, fi Triq BIr Miftuħ, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vann misjuq minn Indjan ta’ 32 sena residenti Ħal Safi, u mutur misjuq mir-raġel ta’ 54 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.