EURO 2024 Mużika Sport

The Killers jagħtu lill-partitarji tal-Ingilterra lejl ta’ ewforja fl-O2

Eluf ta’ partitarji tal-Ingilterra ħasbu li ma kinux se jaraw il-logħba tas-semifinala tal-Euro 2024 bejn l-Ingilterra u l-Olanda. Iżda l-grupp The Killers kellu pjanijiet oħra – dan hekk kif xandru t-tmiem tal-logħba fuq screen kbir waqt il-kunċert fl-O2 Arena.

Malli l-logħba spiċċat, il-grupp żied maċ-ċelebrazzjonijiet u d-delurju ta’ ferħ billi daqqew il-kanzunetta famuża tagħhom ‘Mr Brightside’, bid-drummer Ronnie Vannucci Jr jilbes flokk tat-tim nazzjonali tal-Ingilterra.

Ġurnalisti fl-O2 iddeskrivew ix-xena bħala waħda tal-ġenn u memorja għal ħajjithom.

Il-logħba finali tal-Euro 2024 se ssir nhar il-Ħadd bejn l-Ingilterra u Spanja.