“L-ewwel dnub huwa li ma vvutajniex biżżejjed flus meta saru l-prijoritajiet… fil-prijoritajiet, is-saħħa ġiet l-aħħar”
Hekk stqarr il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, Martin Balzan, waqt intervista fuq Net Television, fejn esprima r-rabja tiegħu lejn il-fatt li l-miljuni li ntefqu fuq id-deal ta’ Vitals u Steward ma swew xejn għas-settur tas-saħħa.
It-tabib Balzan semma’ kif b’dan id-deal suppost inbena sptar ġdid f’Għawdex, iżda dan qatt ma sar. U fl-isptar Karin Grech ukoll ma sar xejn, tant li se jispiċċa jitwaqqa’ u jerġa’ jinbena.
Martin Balzan sostna li l-fatt li ma sar ebda investiment iġib miegħu diversi konsegwenzi li jaffettwaw direttament lill-pazjenti li qegħdin ibatu.
Balzan sostna li bħala tobba huma qed jinkwetaw dwar ix-xogħlijiet li huma ppjanati biex isiru, għaliex ma jafux min huma l-kumpaniji tal-inġiniera li se jkunu qed jaħdmu fuq dawn il-proġetti. Dan apparti li mhumiex konvinti fuq il-pjanijiet li saru mill-Gvern, tant li qed isejħulhom “pjanijiet tad-dilettanti”.
Il-President tal-MAM sostna kaġun tad-dewmien tal-Gvern, il-pazjent hu dak li qed ibati – għaliex mhux qed jirċievi l-aqwa kura possibbli.
//= $special ?>