Diversi personalitajiet politiċi fil-Ġermanja rreaġixxew b’rabja għal rapport dwar kumplott, bis-sehem tar-Russja, biex jinqatel Armin Papperger, il-Kap tal-kumpanija Rheinmetall li hi l-akbar entità Ġermaniża li tipproduċi l-armi.
Ir-rapport tal-Istazzjon CNN qal li l-uffiċjali fl-Istati Uniti kienu infurmaw lill-uffiċjali f’Berlin aktar kmieni din is-sena u bir-riżultat li s-sigurtà madwar Papperger żdiedet sostanzjalment. Dan ukoll meta r-Rheinmetall hi fost l-akbar produtturi ta’ munizzjon fid-dinja u fejn ilha tipprodvi lill-Ukrajna bl-armi, vetturi armati u tagħmir militari ieħor.
Filwaqt li l-Ministeru Ġermaniż għall-Intern ma kkummentax, il-Ministru tal-Ġermanja għall-Affarijiet Barranin, Annalena Baerbock, qed tidher li kkonfermat id-dettalji b’referenza ‘għal dak li kien qed jidher fl-aħħar xhur’ u fejn żiedet li ‘r-Russja qed tmexxi gwerra ta’ aggressjoni anki bil-mezzi mhux konvenzjonali’.
Iżda fir-Russja, il-kelliem għall-Kremlin, Dmitry Peskov, qal li ‘dawn huma kollha allegazzjonijet preżentati bħala storja falza u li mhi timpressjona lil ħadd’.
//= $special ?>