Lokali

Jingħata bidu għal Marsalforn Funland Thursdays organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex

Nhar il-Ħamis 11 ta’ Lulju ngħata bidu għall-ewwel Marsalforn Funland Thursdays, inizjattiva organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex, li se ssir kull nhar ta’ Ħamis, f’Marsalforn, matul ix-xhur tas-sajf.

L-ewwel attività kienet waħda ta’ suċċess, hekk kif diversi familji u tfal gawdew ftit ħin flimkien.

L-attivitajiet se jsiru fuq fil-front ta’ Marsalforn kull nhar ta’ Ħamis bejn is-7:30pm sad-9:30pm, bl-aħħar attività ssir fid-19 ta’ Settembru.