Internazzjonali

Missjoni taħt il-baħar biex jittieħdu ritratti ġodda tat-Titanic

Bħalissa għaddejja missjoni taħt il-baħar minn grupp ta’ xjentisti u esperti oħra sabiex jittieħdu ritratti ġodda tat-Titanic.

Il-persuni involuti f’din il-missjoni qegħdin jistqarru li ħa jkunu ġimgħat iebsin, però huma determinati li jkomplu għaddejjin sal-aħħar. Jekk kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid, din it-tfittixija mistennija ddum 20 jum.

Il-missjoni qiegħda ssir 3,800 metri taħt wiċċ il-baħar.

Intant, f’dawn il-jiem, se tkun qiegħda ssir ċerimonja biex titfakkar il-memorja tan-nies li kienu tilfu ħajjithom waqt it-traġedja tat-Titanic, lura fil-1912.

Din hija l-ewwel missjoni li qiegħda ssir wara li t-traġedja tal-OceanGate, fejn kienu mietu ħames persuni waqt li kienu qegħdin jipprovaw iżuru dan is-sit tat-Titanic.