Lokali

Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 57 sena li jgħix il-Fontana, Għawdex, sfortunatament tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħodu, f’razzett fil-limiti tar-Rabat, Għawdex.

Tim mediku ssejjaħ sabiex jassisti, imma sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.