Wara li l-Partit Laburista naqas milli jibni maġġoranza fil-Kumsill Lokali tal-Floriana, kien hemm qbil li Nigel Holland ikun is-Sindku ta’ din il-lokalità. Dan filwaqt li James Aaron Ellul se jkun il-Viċi Sindku għall-ħames snin li ġejjin.
Il-Kunsillieri Lokali qablu li jiġi implimentat il-Programm Elettorali li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista għall-Kunsill Lokali tal-Floriana. Dan filwaqt li se jaraw li kull proposta oħra li saret matul il-kampanja elettorali tkun ikkunsidrata għall-ġid tal-lokalità.
Net News tkellem ma’ James Aaron Ellul, illi saħaq fuq l-importanza li jitwettaq il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, u li flimkien mas-Sindku Indipendenti, ser jaħdmu favur il-Furjaniżi kollha.
Ma’ dan l-istazzjon, il-Viċi Sindku Nazzjonalista irrikonoxxa l-isfidi li qed taffaċċja l-lokalità tal-Furjana.
James Aaron Ellul stqarr li se jaħdem id f’id mal-kollegi tiegħu, u jinsab kommess li jpoġġi l-ġid tar-residenti tal-Furjana fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu.
//= $special ?>