Lokali

Steward investigata anke fl-Istati Uniti

L-awtoritajiet f’Boston fetħu investigazzjoni fil-konfront ta’ Steward Heathcare; l-istess kumpanija li Chris Fearne sejħilha the real deal, u li kienet suppost qed tmexxi tliet sptarijiet f’pajjiżna.

Issa, Steward spiċċat f’inkwiet serju anke fl-Istati Uniti. L-istazzjon CBS jikkonferma li għaddejja investigazzjoni kriminali b’rabta ma’ akkużi ta’ frodi u korruzzjoni.

Fl-aħħar jiem, dan l-istazzjon Amerikan irrapporta bi prominenza kif Steward kellhom diversi kontijiet mhux imħallsa. Dan apparti li l-kumpanija kellha akkużi serji minn pazjenti li ma ngħatawx servizz kif jixraq, waqt li n-nies ta’ Stward kienu għaddejin bix-xiri ta’ jottijiet lussużi.

Meta CBS ħarġu din l-istorja, Steward ma lissnu ebda kelma.

Bħalissa, il-kumpanija hija uffiċjalment falluta.

Intant, din il-ġimgħa stess l-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia tefa’ pressjoni fuq il-Gvern Malti biex jikteb lill-Amerikani ħalli jidħlu f’din is-saga ta’ Steward. Għalkemm għadu mhux ċar x’tip ta’ reazzjoni kien hemm mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.