Internazzjonali

Tfittxija wara li 60 persuna ġew irrappurtati neqsin fin-Nepal

Bħalissa għaddejja tfittxija fin-Nepal, hekk kif fl-aħħar sigħat xita qawwija waslet biex żewġ xarabanks jaqgħu fi xmara fin-Nepal. B’riżultat għal dan, 60 persuna ġew irrappurtati nieqsa wara li kienu abbort dawn ix-xarabanks.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.30 ta’ dalgħodu, ħin lokali, f’Chitwan, 100 kilometru ‘l bogħod mill-belt kapitali Kathmandu.

Skont l-awtoritajiet fin-Nepal, il-kaġun ta’ dan l-inċident kien ikkawżat minn xita qawwija.

S’issa jidħer li tliet persuni biss salvaw f’dan l-inċident hekk kif it-tfittxija għadha għaddejja.

Il-Prim Ministru tan-Nepal Pushpa Kamal Dahal appella lill-aġenziji tal-gvern sabiex jingħaqdu fit-tfittxija biex jinstabu l-persuni rrappurtati neqsin, filwaqt li l-awtoritajiet tan-Nepal appellaw lir-residenti fix-Xlokk tal-pajjiż biex ikunu kawti.