“Ħaddieħor jibqa’ jċapċap biex jibqa’ fil-kariga”
L-eks Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer qal li twarrab mil-Labour ta’ Robert Abela għax kien voċiferu bil-kritika interna tiegħu fuq numru ta’ affarijiet li bdew idejquh.
Mistieden waqt diskussjoni fil-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK, il-partner tal-Kap Eżekuttiv tal-istess Partit Laburista Randolph Debattista, saħaq li ġie mwarrab mil-Labour għaliex tkellem fuq kif il-Gvern ma jridx jirrikonoxxi l-ambjent bħala dritt fundamentali tal-bniedem, il-mod kif Abela mexa fuq il-kwistjoni ta’ Jean Paul Sofia u kif il-Gvern qed jitratta l-ħaddiema barranin – b’Engerer jisħaq li jekk fil-Labour ma jkunux komdi b’dak li tgħid, tispiċċa mwarrab.
Cyrus Engerer saħaq li hu ma riedx joqgħod iċapċap biex iżomm kariga li tkun togħġbu….bħal ħaddieħor.
Intant, l-eks MEP Laburista għamel referenza għal famuż patt imxajtan li 4 snin ilu kien tkellem dwaru Robert Abela, b’Engerer jisħaq li sal-lum għadu ma fehmx għalxiex kien qiegħed jirreferi l-Prim Ministru.
Finalment, Cyrus Engerer insista li s-sens ta’ skomfort hija normali fiż-żewġ partiti. Madanakollu insista li minħabba l-fatt li għamel l-aħħar 3 snin kontinwament jikkritika spiċċa twarrab għal kollox.
//= $special ?>