Lokali

Il-poplu Malti jixraqlu servizz tas-saħħa aħjar – PN

L-aħbar li l-Ministru tas-Saħħa kellu joħroġ tender b’emerġenza biex jipprova jsolvi l-problema li għandu fl-emerġenza huwa prova tan-nuqqas ta’ pjanar mill-Gvern ta’ Robert Abela anke fejn tidħol l-iktar ħaġa importanti, is-saħħa. Dan stqarru ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Adrian Delia fi Stqarrijja maħruġa mil-Partit Nazzjonalista.

Dan huwa l-prezz tat-tradiment tal-pazjenti.

Dan huwa r-riżultat ta’ snin ta’ abbandun u nuqqas ta’ ppjanar fis-settur tas-saħħa.

Dan huwa riżultat tal-għażla ta’ mudell ekonomiku ibbażat fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jgħid li l-emerġenza ta’ l-isptar Mater Dei tinsab fi stat t’emergenza.

Il-Partit Nazzjonalista ilu snin jgħid li s-settur tas-saħħa ġie minsi u mwarrab mill-Gvern Laburista li kien jinteressah biss kif se jaċċerta li jinsterqu l-mijiet ta’ miljuni minflok jiġu investiti fl-aqwa interess tal-pazjenti tagħna.

Ser niddiskutu mas-sieħba settorjali inkluż mal-Gvern biex naċċertaw x’inhu l-aħjar f’din is sitwazzjoni allarmanti.

Imma issa huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista biss jista’ jiggarantixxi sigurtà u serħan il-moħħ dwar servizz tas-saħħa ta’ kwalità.