Lokali

Stqarrija mill-Kummissarju tal-Pulizija

B’referenza għall-mistoqsija mill-ġurnalista ta’ netnews.com.mt, il-Kummissarju wieġeb li l-informazzjoni li l-Pulizija ma investigatx hija skorretta u dwar dan il-Kummissarju xehed ukoll fil-Qrati.
Għall-fini ta’ kjarifika, it-tweġiba tal-Kummissarju qed tiġi riprodotta hawn:

“L-inkjesta kienet l-investigazzjoni u l-Pulizija assistiet taħt id-direzzjoni tal-maġistrat inkwirenti, kif ġie spjegat fil-Qrati riċentament”.

Għat-tieni mistoqsija tal-ġurnalista ta’ netnews.com.mt li l-Pulizija naqqset milli tmexxi jew tieħu
azzjoni fuq il-każ, il-Kummissarju wieġeb li mhux talli l-Pulizija ma ressqet lil ħadd, talli flimkien mal-Avukat Ġenerali saru prosekuzzjonijiet waqt kampanja elettorali.

Fl-aħħar tal-intervista, il-ġurnalista allegat ukoll li l-Qorti kienet qalet li l-Pulizija kienu “sempliċiment
postmen li qabdu l-kaxxi tal-provi u wassluhom il-Qorti”. Liema allegazzjoni l-Kummissarju ċaħad li qatt
intqalet mill-Qorti u talab lill-ġurnalista sabiex tivverifika din l-informazzjoni skorretta. Il-portal
netnews.com.mt għażel li ma jippubblikax it-tweġiba tal-Kummissarju għal din il-mistqosija u għażel
ukoll li ma jippubblikax l-intervista li saret dalgħodu fl-intier tagħha, dan filwaqt li fl-istess artiklu
netnews.com.mt qed jgħid li l-Kummissarju dejjem jevita d-domandi li sarulu mill-ġurnalisti ta’ Net
News.