Sport Sport Ieħor

Barbora Krejcikova tirbaħ il-finali ta’ Wimbledon kontra Jasmine Paolini

It-tennista mir-Repubblika Ċeka Barbora Krejcikova rnexxielha żżomm il-pressjoni tat-Taljana Jasmine Paolini fil-finali ta’ Wimbledon, biex rebħet it-tieni Gran Slam fil-karriera.

Krejcikova li rebħet l-Open ta’ Franza fl-2021, għelbet lil Paolini bl-iskor ta’ 6-2, 2-6 u 6-4.

Ġest sabiħ mingħand Krejcikova wara li rebħet l-aħħar punt meta ħadet b’idejn l-avversarju tagħha u ppuntat lejn is-sema, fejn fakkret il-memorja lil eks kowċ tagħha Jana Novata li ħalliet din id-dinja fl-2017.