Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sitt metri minn fuq scaffolding

Raġel spiċċa l-isptar jissielet għal ħajtu wara inċident li seħħ ilbieraħ fl-4pm f’sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi Tal-Ħandaq, f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ wara li waqa’ madwar sitt metri minn fuq scaffolding li kien qed jaħdem fuqu.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.