L-attriċi Amerikana Shannen Doherty, magħrufa għall-parti ta’ Brenda Walsh fis-sensiela televiżiva popolari tas-snin disgħin Beverly Hills 90210, mietet bil-marda tal-kanċer fl-età ta’ 53 sena.
Doherty, li fil-ħajja personali kellha diversi episodji kontroversjali, kienet ilha marida għal snin u anki kienet fetħet kawża kontra n-nies inkarigati mill-karriera professjonali tagħha u li akkużathom b’li maniġġjawlha flusha b’mod ħażin għal ħafna żmien.
Bħala tifla, Doherty kellha anki rwol fis-sensiela ‘Little House on the Prairie’ u wara li kisbet fama mondjali bħala Brenda Walsh. Kellha wkoll rwoli memorabbli f’Heathers u Charmed – it-tnejn sensiliet għat-televiżjoni Amerikani,.
Intant, il-kontroversji baqgħu jiġru wara Doherty anki tul il-karriera tagħha bħala attriċi. Dan waqt li hi damet is-snin mira għat-tabloids u l-ġurnali li jfittxu l-iskandli u s-stejjer sensazzjonali marbutin mal-persunaġġi tal-films u nies oħrajn ta’ fama.
//= $special ?>