Internazzjonali

L-Ewropa: Mewġa ta’ sħana qalila fir-reġjuni taċ-ċentru u n-nofsinhar

Il-pajjiżi fiċ-ċentru u n-nofsinhar tal-Ewropa bħalissa qegħdin ibatu l-agħar mewġa ta’ sħana f’ħafna snin.

Dan ukoll fost l-allerts għas-saħħa meta t-temperaturi fl-aħħar sigħat avviċinaw sew l-40 gradi Celsius f’numru ta’ bnadi.

Is-sitwazzjoni tal-allert għas-sħana hi partikularment akuta fil-Kroazja, il-pajjiż tal-Balkani li hu wkoll destinazzjoni popolari mat-turisti f’dawn iż-żmenijiet tas-sena. Dan meta t-temperaturi f’xi reġjuni tal-Kroazja fi tmiem il-ġimgħa baqgħu konsistenti bejn it-38 u d-39 gradi Celsius,

Il-mewġa tas-sħana qed tkun anki intensiva fir-reġjuni l-oħra tal-Mediterran meta t-temperaturi tal-baħar f’xi zoni qed tkun kalkulata mat-28 gradi Celsius.