L-Eks President Donald Trump deher apparentament imweġġa’ wara li seħħu sparaturi f’rally f’Pensilvania fejn s’issa ħalliet persuna mejta u oħrajn midruba. Il-persuna li wettqet l-isparatura nqatlet fuq il-post mill-uffiċjali tas-sigurtà li kienu preżenti.
Ħafna qegħdin isostnu li din ma kienet xejn ħlief attentant assasinju fuq l-Eks President Trump.
Filwaqt li min naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Joe Biden f’konferenza stampa ftit tal-ħin wara, sostna li fl-Istati Uniti tal-Amerika attentati bħal dawn qatt m’għandhom jiġru u sejjaħ għall-għaqda nazzjonali.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>