Lokali Parlament

13,239 ħaddiem barrani minn barra l-UE fit-turiżmu

In-numru ta’ ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li qed jaħdmu fis-settur tal-akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel u xorb fuq bażi ta’ full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom fl-aħħar ta’ Jannar 2024 huwa ta’ 13,239.

Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija
tat-turiżmu.


Il-Ministru Byron Camilleri qal li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’
ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li qed jaħdmu fis-settur tal-akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel u xorb fuq bażi ta’ full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, fl-aħħar ta’ Jannar 2024, huwa ta’ 13,239. (L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2024)


Akkomodazzjoni 4,867
Servizzi marbuta mal-ikel u xorb 8,372
Total 13,239