Fil-Hard Rock Stadium f’Miami, fi Florida fl-Istati Uniti, intlagħbet il-finali tal-Copa America:
Arġentina 1 Kolumbja 0
Gowl fil-ħin barrani kien biżżejjed għall-Arġentina biex tegħleb lill-Kolumbja u rebħu l-Copa America għas-16-il darba fl-istorja. Arġentina mmexxija minn Lionel Scaloni, irrepetew is-suċċess tal-2021 li kien wassal ukoll biex rebħu t-Tazza tad-Dinja sena wara.
Fl-64 minuta Lionel Messi weġġa’ l-għaksa u kien kostrett iċedi postu lil Nicolas Gonzalez. Ir-riżultat ta’ 0 – 0 fi tmiem id-90 minuta. Fis-97 minuta, daħal jilgħab LAUTARO MARTINEZ flok Julian Alvarez. Fil-112-il minuta minn azzjoni ta’ Giovani Lo Celso kien l-istess LAUTARO MARTINEZ li għeleb lil Camilo Vargas. Kien il-ħames gowl ta’ Lautaro Martinez fil-kompetizzjoni u kien biżżejjed biex rebaħ il-klassifika tal-aqwa skorer. Gowl li kien biżżejjed għall-Arġentina biex jagħtu l-ewwel telfa lill-Kolumbja wara 28 partita mhux megħluba.
Ir-referee tal-partita kien Rafael Claus tal-Brażil.
//= $special ?>