Lokali

Il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa hija mill-ġdid tajba għall-għawm

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika avża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iz-zona tal-għawm fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iz-zona qed jiġi rtirat.

Fl-avviż il-pubbliku ġie infurmat li ma setax isir għawm f’din il-bajja minħabba li kien hemm żbroff tad-drenaġġ.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.