Steve Ellul għadu kemm ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta b’effett immedjat. Dan wara li Ivan Falzon irriżenja mill-kariga.
Dan ifisser li f’temp ta’ xahar mid-disfatta fl-elezzjoni tal-MEPs, il-kandidat Laburista tpoġġa’ fit-tmexxija ta’ waħda mill-aktar entitajiet importanti f’pajjiżna.
Din hija t-tieni kariga ta’ din ix-xorta għal Steve Ellul wara li fix-xhur preċedenti kien fdat mill-Prim Ministru fit-tmexxija tal-aġenzija Project Green.
Matul l-aħħar snin Infrastructure Malta iffaċċjat numru ta’ kontroversji hekk kif diversi proġetti infrastrutturali damu ħafna sabiex tlestew tant li l-istess entità ma kienx qed ikollha data uffiċjali meta proġett kellu jkun lest. Dan apparti li kien hemm numru ta’ każijiet fejn toroq kellhoma isiru għal darba darbtejn; b’inkonvenjet kbir fuq ir-residenti kull darba li jerġgħu jinqalgħu.
Ivan Falzon kien ġie appuntat bħala Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta f’Lulju tal-2022 mill-Ministru tat-Trasport Aaron Farrugia. Apparti minn hekk, huwa kien Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll tal-Isptar Mater Dei. Bin-nies ta’ Kastilja jidher li tefgħu l-ħtija kollha fuqu għall-fatt li l-Gvern falla f’dan is-settur, hekk kif il-proġetti ewlenin kienu kollha mifnijin bi problemi u dewmien esaġerat fit-twettieq tagħhom.
//= $special ?>