Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-WHO twissi li l-Covid-19 għadu perikoluż

L-Ewropa qed tipprepara għal sajf fejn aktar nies qed isiefru, bi tliet kwarti tal-Ewropej jippjanaw biex isiefru minn Ġunju sa Novembru ta’ din is-sena. Dan skont ċifri maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea tas-Safar.

Minkejja li l-Covid-19 għal ħafna huwa memorja tal-passat, il-WHO qed twissi li għad hemm bżonn noqogħdu attenti.

Id-Direttur Ġenerali tal-WHO Adhanom Ghebreyesus qal li għad hemm aktar minn 1,700 persuna li qed imutu kull ġimgħa bil-Covid, u li l-boost li tipprovdi l-vaċċin issa bdiet tnaqqas mis-saħħa – kemm fost l-anzjani u anke l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

Il-WHO rrakkomandat li nies bl-akbar riskju, li jinkudu dawn iż-żewġ gruppi, jerġgħu jieħdu l-vaċċin fl-ewwel sena wara l-ewwel doża.

Minbarra dan, studju ppubblikat ftit xhur ilu jissuġġerixxi li nilbsu l-maskri fuq l-ajruplan għal titjiriet twal.

Anke f’Malta, l-istess bħall-Ewropea, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jappellaw biex noqogħdu ferm attenti. Dan hekk kif il-Covid, dan is-sajf, diġà ħalla numru ta’ vittmi.