Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15PM, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Smart misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Siġġiewi, u mutur Kymco misjuq minn raġel
min-Nepal ta’ 27 sena li jgħix il-Marsa. Fl-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 35 sena residenti
l-Birgu.
Il-persuni kollha ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier tal-mutur u l-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-mara ma sofrietx ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.