Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola kontestata minn Eks Ministru Spanjola għall-President tal-Parlament Ewropew

Fis-7 pm għalaq il-proċess li wieħed seta’ japplika bħala kandidat għall-President ġdid tal-Parlament Ewropew – bl-ewwel plenarja t’għada se tkun qed teleġġi persuna għal dan ir-rwol.

B’kollox hemm żewġ kandidati għall din l-elezzjoni – Roberta Metsola ta’ 45 sena u Irene Montero ta’ 36 sena.

Jekk Roberta Metsola tiġi eletta bħala President, tkun l-ewwel mara u t-tieni persuna li qatt mexxiet l-unika istituzzjoni Ewropea eletta direttament għal żewġ mandati konsekuttivi.