L-Arċisqof Anton Teuma informa lill-Vatikan dwar l-allegat abbuż li kien qed iseħħ f’Lourdes Home, f’Għajnsielem, Għawdex. Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Mark Simiana, kompliet il-kawża kostituzzjonali kontra l-istat, li fetħu l-allegat vittmi ta’ abbuż f’Lourdes Home.
Xehdet rappreżentanta tas-Safe Guarding Commission f’Għawdex, Lorianne Borg, li qalet li minkejja li l-kummissjoni kienet limitata dwar proċeduri ulterjuri, xorta waħda sar rapport mat-Taqsima ta’ Kontra Reati. Ix-xhud qalet li l-Ispettur Kylie Borg infurmata li l-każ kien preskritt iżda li xorta l-Pulizija kienet se tinvestiga.
Fix-xhieda tagħha, Borg iddikjarat li l-Arcisqof Anton Teuma bagħat ittra lill-Vatikan dwar l-allegat abbużi f’Lourdes Home, kif ukoll li l-vittmi kienu offruti sapport psikoloġiku għal dak li ġarrbu. Matul is-seduta, xehed ukoll vittma ieħor ta’ abbuż, iżda din instemgħat bil-magħluq.
Fil-Qorti kien diġà ħareġ li l-allegati vittmi ta’ Lourdes Home li qed jgħidu li kienu qed jiġu abbużati minn xi sorijiet, b’waħda minnhom kienet tkun wara l-bieb lesta bl-injama f’idha u jekk xi tifla kien ikollha l-uniformi maħmuġa, kienet taqla’ d-daqqiet, kienu ngħataw informazzjoni mid-depot tal-Pulizija, li l-każ huwa wieħed preskritt u li l-awtoritajiet ma setgħu jagħmlu xejn.
Mix-xhieda kien irriżulta li b’kollox kienu 50 tifel u tifla, u kien hemm żewġ sorijiet ma’ kull grupp. Bit-tfal ikollhom timetable stretta, li kienet tinkludi kull tip ta’ tindif, fejn kien isir swat għall-ebda raġuni ta’ xejn. Waħda mill-vittma sa qalet lill-Pulizija li kienet ġiet imsakkra f’kamra għal tlett ijiem meta kellha biss 10 snin.
Is-Supretendent Kylie Borg mit-Taqsima tal-Vice Squad, kienet xehdet li fl-2022 irċievet l-ewwel komunikazzjoni mill-Kummissjoni għal Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vunerbabli fi ħdan il-Knisja, dwar l-allegat vittmi u allegazzjonjiet dwar l-abbuż ġewwa l-istitut.
Għall-vittmi qed tidher l-avukat Lara Dimitrijevic.
//= $special ?>