Raġel Ingliż ta’ 52 sena tilef ħajtu nhar it-Tnejn għall-ħabta tas-6pm wara li ħabat bil-karozza fin-Naxxar.
Jirriżulta li għal xi raġuni, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Ford KA fi Triq il-Katakombi fil-limiti tan-Naxxar. Kawża ta’ dan il-karozza laqtet il-parapett ta’ dar imbagħad inqalbet.
L-ambulanza, il-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ssejħu fuq il-post, iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Ir-raġel instab taħt il-karozza u tilef ħajtu mal-impatt tad-daqqa.
Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet, filwaqt li l-Maġistrat Antoine Agius Bonnici qed imexxi inkjesta maġisterjali dwar dan il-każ.
//= $special ?>