EURO 2024 Futbol Sport

Rodri magħżul l-Aqwa Plejer tal-Euro 2024

(Ritratt: EPA)

Minbarra s-suċċess ta’ Spanja, il-midfielder Rodri rebaħ unur personali hekk kif ġie magħżul bħala l-Aqwa Plejer ta’ din l-edizzjoni. Rodri beda l-logħbiet kollha ta’ Spanja b’eċċezzjoni tal-logħba kontra l-Albanija minħabba li kien sospiż.

Rodri kien strumentali f’nofs il-grawnd ta’ Spanja flimkien ma’ Fabian Ruiz u Pedri filwaqt li Dani Olmo lagħab parti importanti wkoll speċjalment meta weġġa’ Pedri. Rodri rnexxielu wkoll iniżżel ismu fost l-iskorers b’gowl fir-rebħa ta’ 4-1 kontra Georgia fil-fażi tal-aħħar 16.

Il-midfielder ta’ Manchester City qal li hu probabbilment din kienet l-isbaħ ġurnata fil-karriera tiegħu. Hu żied li biex għamlu l-istorja u rebħu r-raba’ Kampjonat Ewropew, għelbu erba’ nazzjonijiet li rebħu t-Tazza tad-Dinja fil-passat filwaqt li faħħar il-mentalità tat-tim hekk kif kienu fl-iktar parti iebsa tal-polza.

F’kull logħba kien hemm preżenti osservaturi tekniċi li analizzaw il-logħba minn perspettiva ta’ kowċ u għażlu Plejer tal-Logħba f’kull konfront. L-għażla kienet issir kemm fuq prestazzjoni individwali kif ukoll l-impatt tagħhom fuq it-tim.

L-osservaturi tekniċi f’din l-edizzjoni kienu Fabio Capello, Ioan Lupescu, Michael O’Neill, David Moyes, Aljoša Asanović, Rafael Benítez, Avram Grant, Packie Bonner, Frank de Boer, Ole Gunnar Solskjær, Aitor Karanka, Jean-Francois Domergue.

Rebbieħa passati ta’ dan l-unur

1996Matthias SammerĠermanja
2000Zinédine ZidaneFranza
2004Theodoros ZagorakisGreċja
2008Xavi HernándezSpanja
2012Andrés IniestaSpanja
2016Antoine GriezmannFranza
2020Gianluigi DonnarummaItalja