Internazzjonali

Trump jgħid li kien “Alla jew ix-xorti” li salvawh

F’waħda mill-ewwel intervisti wara l-isparatura ta’ nhar is-Sibt li għadda fl-istat Amerikan ta’ Pennsylvania, l-Eks President Donald Trump insista li jħossu fortunat ħafna li ma mietx. Trump jinsisti li għadu ħaj minħabba li dawwar rasu fil-ħin eżatt, għaliex il-balla kellha ċans tajjeb ħafna li toqtlu.

L-Eks President tal-Istati Uniti stqarr li kien “Alla jew ix-xorti” li salvawh.

Fl-isparatura miet raġel, u tnejn oħra spicċew feruti.

L-aggressur, Thomas Matthew Crooks, spiċċa maqtul ukoll.

Din il-ġimgħa, Trump hu mistenni jitkellem waqt il-Konvenzjoni tal-Partit Repubblikan, fejn għandu jiġi nominat bħala l-Kandidat Presidenzjali tal-Partit tiegħu.