Ambjent Lokali

Żbroff ta’ drenaġġ anke fiz-zona ta’ San Pawl il-Baħar

Diversi residenti tal-Qawra u San Pawl il-Baħar qed jilmentaw minn sitwazzjoni xejn sabiħa fejn b’mod regolari qed ikun hemm żbroff ta’ drenaġġ fil-bajjiet ta’ din iz-zona.

L-aktar każ riċenti seħħ f’San Pawl il-Baħar fejn ir-residenti irrappurtaw l-ilma maħmuġ li hemm mal-kosta.

Dan mhux każ iżolat, hekk kif sitwazzjonijiet simili seħħew f’diversi zoni tal-pajjiż fl-aħħar ġimgħat.