Lokali

Anthony Asquith huwa l-vittma li miet fl-inċident tan-Naxxar

Il-Britanniku Anthony Asquith ġie identifikat bħala l-vittma tal-inċident tal-bieraħ fin-Naxxar.

Asquith, li kellu 52 sena, kien residenti San Pawl il-Baħar.

Hu kien qed isuq il-vettura tiegħu fi Triq il-Katakombi lejn is-Salini meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’parapett ta’ dar.

Oriġinarjament, Asquith kien minn Bradford fl-Ingilterra. Għalkemm jidher li f’pajjiżna kellu bosta ħbieb.

Dwar dan l-incident traġiku nfetħet inkjesta maġisterjali.