Il-Britanniku Anthony Asquith ġie identifikat bħala l-vittma tal-inċident tal-bieraħ fin-Naxxar.
Asquith, li kellu 52 sena, kien residenti San Pawl il-Baħar.
Hu kien qed isuq il-vettura tiegħu fi Triq il-Katakombi lejn is-Salini meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’parapett ta’ dar.
Oriġinarjament, Asquith kien minn Bradford fl-Ingilterra. Għalkemm jidher li f’pajjiżna kellu bosta ħbieb.
Dwar dan l-incident traġiku nfetħet inkjesta maġisterjali.



