Is-16 ta’ Lulju – ġurnata li tfisser ħafna għall-Karmelitani Beltin – ġurnata li fiha ta’ kull sena, f’temp sħun u taħt sema ikħal, in-nies tal-Belt jiċċelebraw il-festa devota tal-Madonna tal-Karmnu.
Fis-Santwarju tal-Karmelitani, mijjiet ta’ persuni nġabru sabiex jiffesteġġjaw din il-ġurnata b’mod Solenni. Dan hekk kif fid-9:30am saret il-Quddiesa ta’ Jum il-festa.
Din il-festa Marjana bdiet tiġi ċċelebrata wara l-1570 meta l-Patrijiet Karmelitani daħlu fil-Belt Valletta.
Imbagħad, mat-twaqqif tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu fl-1622 beda jsir tiżjin ta’ barra u anke purċissjoni.
Interessanti l-fatt li f’dawn l-400 sena ta’ storja, il-purċissjoni ma saritx biss darbtejn – fl-1940 minħabba li faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, u fl-2021 minħabba l-pandemija tal-Covid.
Din il-purċissjoni li ssir kull sena hija mfittxija minn ħafna, u mijiet jimxu wara x-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu li toħroġ mis-Santwarju Bażilika ddedikat lilha.
//= $special ?>