It-timijiet nazzjonali Maltin tat-table tennis impenjati fil-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ li qed isir f’Malmo, fl-Iżvezja, naqsu milli jiksbu xi punti fil-logħbiet li kienu involuti fihom.
Il-cadets Maltin tilfu 3-1 kontra San Marino fid-doubles, bil-koppja Oliver Farrin Thorne u Matthew Carl Zammit jirbħu l-uniku set tagħhom.
It-tim femminili kien fl-azzjoni darbtejn fejn wara li tilef kontra s-Serbja 3-0, naqas milli jikseb xi punti fil-konfront kontra l-Armenja hekk kif ir-riżultat finali kien dak ta’ 3-1. Alice Mariani rebħet l-uniku set għall-Maltin.
Finalment, it-tim tal-irġiel tilfu 3-0 kontra d-Danimarka.
//= $special ?>