Meta ninsabu jiem biss bogħod mill-ftuħ uffiċjali tal-Olimpijadi ta’ Pariġi, l-attenzjoni hi fuq il-wasla tat-torċa Olimpika fil-qalba ta’ Pariġi. Il-wasla tat-torċa Olimpika fir-regjun Ile de France, fiz-zona ta’ Champs Elysees u Arc de Triomphe, inġarret minn bosta personalitajiet minn kull qasam tas-soċjetà. Fost dawk li taw sehem fil-kultura Franciża kien hemm il-kantant Amir Haddad u l-koka Nina Metayer.
Minn Ile de France, ir-rotta tat-torċa Olimpika tkompliet fil-pjazza Trocadero fir-rotta sa Place de La Republique, fejn kienet milqugħa minn Tony Estanguet, President tal-Kumitat Organizattiv Parigi 2024 flimkien mal-eks plejer tat-tim nazzjonali tal-futbol Thierry Henry u c-Champion tal-BMX Mathias Dandois.
L-Olimpijadi jibdew fis-26 ta’ Lulju u jibqgħu sejrin sal-11 ta’ Awwissu biċ-Ċerimonja tal-Egħluq.
//= $special ?>