Lokali Unjoni Ewropea

Metsola tikteb l-istorja għal Malta u għall-Ewropa: Eletta għat-tieni darba konsekuttiva fit-tmexxija tal-Parlament Ewropew

L-Ewroparlamentari Maltija Roberta Metsola ġiet eletta mill-ġdid bħala l-President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin wara li kisebt 90% tal-voti miksuba f’elezzjoni bejn il-membri tal-parlament Ewropew.

Roberta Metsola kisbet maġġoranza assoluta u qawwija ta’ 562 vot minn fost 720 MEPs fil-votazzjoni li saret wara li temmet l-ewwel terminu tagħha bħala President tal-parlament Ewropej. Hija issa se tmexxi l-parlament Ewrope fl-ewwel nofs ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Il-President Metsola hija l-ewwel mara u t-tieni persuna li qatt mexxiet l-unika istituzzjoni Ewropea eletta direttament għal żewġ mandati konsekuttivi.

Riżultat tal-votazzjoni

Total tal-voti mitfugħa: 699

Total tal-voti validi: 623

Voti għall-kandidatura ta’ Roberta Metsola: 562

Voti għall-kandidatura ta’ Irene Montero: 61

Voti vojta jew invalidi: 76

Maġġoranza Assoluta: 312

Roberta Metsola kisbet l-ikbar ammont ta’ voti fl-istorja tal-Parlament Ewropew għall-presidenza wara li l-akbar ammont kien dak ta’ Jerzey Busek b’86% fl-2009.

Dwar Roberta Metsola

Roberta Metsola (née Tedesco Triccas) twieldet il-Gżira fl-1979. Hija ilha MPE mill-2013. F’Novembru tal-2020 ġiet eletta bħala l-Ewwel Viċi President, u okkupat il-pożizzjoni ta’ Aġent President wara li miet il-President Sassoli fil-11 ta’ Jannar 2022. Hija se tibqa’ t-tielet mara li tokkupa l-post ta’ President tal-PE, wara Simone Veil (1979-1982) u Nicole Fontaine (1999-2002).