Din is-sena timmarka s-16-il edizzjoni tal-Isle of MTV – kunċert li qed jerġa’ jsir Fuq il-Fosos tal-Floriana, fejn eluf ta’ persuni mistennija jinġabru sabiex jaraw spettaklu mill-isbaħ minn diversi artisti, b’mod partikolari Nelly Furtado… li wara 12-il sena tinsab mill-ġdid f’Malta.
L-artista Nelly Furtado wieġbet diversi mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni, fejn sostniet li qed tippjana li llejla tagħti spettaklu mill-isbaħ għal dawk preżenti, b’diversi mistednin u għadd ta’ sorpriżi.
Minħabba li ilha seba’ snin ma toħroġ album, hi spjegat kif tieħu ħafna gost tara nies igawdu l-mużika tagħha… b’uħud mill-fans tagħha kienu jsegwuha sa mill-bidu tal-karriera, kif ukoll oħrajn ġodda.
Nelly Furtado issa għandha album ġdid bit-titlu “7” li huwa skedat li joħroġ fl-20 ta’ Settembru ta’ din is-sena.
Waħda mid-diski fl-album hiija “Corazón” li ħarġet ftit tal-jiem ilu biss, u li se tkun qed tkantaha waqt l-Isle of MTV.
L-avveniment jibda fil-5pm b’diversi DJs u kantanti Maltin jilqgħu lill-udjenza, filwaqt li l-headliner DJ Snake se jibda jdoqq fis-7:30pm, u eżatt warajh se jkantaw il-headliners RAYE u Nelly Furtado.
//= $special ?>