Lokali Unjoni Ewropea

MA JAPPOĠJAWX LIL METSOLA: Alex Agius Saliba jmur kontra l-wegħda ta’ Robert Abela

Ftit tal-ħin ilu, l-MEP Laburista Alex Agius Saliba kkonferma li mhux se jappoġġja l-kandidatura ta’ Roberta Metsola għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew.

Dan huwa l-ewwel MEP tal-Labour li ħareġ apertament b’din id-dikjarazzjoni.

Il-mossa ta’ Agius Saliba tmur eżattament kontra l-wegħda li kien għamel Robert Abela; li d-deputati tiegħu kellhom jappoġġjaw lil Metsola.

Aktar tard, anke l-MEPs Daniel Attard iddikjara li astjena u ma vvutax favur Metsola.