Il-Grand Prix tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Football li ntlagħab f’Ludwisburg, fil-Ġermanja, il-Kategorija Open intrebħet minn Bessim Golger ta’ Bormla Subbuteo Club li għeleb 3-2 lil Theo Modeste biex wasal sal-finali. Bessim Golger rebaħ fis-semifinali lil Bisio 5-1, wara li fil-kwartifinali rebaħ lil Quencia 2-1.
F’din il-kategorija Josef Camilleri wasal sal-fażi tal-aħħar 16. Fil-Kategorija Veterani, David Busch wasal sas-semifinali fejn tilef fil-ħin barrani kontra Quatrini 1 – 0, filwaqt li Jason Pisani u John Zammit waslu sal-kwartifinali fejn tilfu kontra Busch u Quatrini rispettivament.
Bormla Subbuteo Club waslu sas-semifinali tat-timijiet meta fil-fazi tal-Gruppi rebħu tnejn mit-tliet logħbiet 4-0 kontra Hopfeinheim u 4-0 Wamme, filwaqt li tilfu 2 – 1 kontra Issy les Moulineux biex fil-barrage rebhu lil Bologna 3-0 u fis semifinali tilfu kontra Salernitana 2-0 .
It-tim kien magħmul min Jason Pisani, George Ebejer, il Belgjan Bessim Golger, l-Awstrijak David Busch, John Zammit, George Ebejer u Josef Camilleri.
Bormla Subbuteo Club temmew l-istaġun 2023-2024 fl-ewwel post fir-ranking tat-timijiet tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Football.
//= $special ?>