Lokali Unjoni Ewropea

Tingħata bidu għall-ewwel plenarja tal-Parlament Ewropew

EP Plenary session - Election of the new EP President

Il-President Roberta Metsola tat bidu għall-ewwel plenarja tal-Parlament Ewropew fejn fil-ħin li ġej mistenni jittieħed l-ewwel vot għall-presidenza.

Fil-bidu tal-plenarja ndaqq l-innu tal-Unjoni Ewropea sabiex imbagħad Roberta Metsola tat il-kelma lill-Viċi President, Pina Picierno li se tippresjedi l-elezzjoni tal-President tal-PE.

Il-kandidati għall-presidenza għandhom ħames minuti kull wieħed biex jippreżentaw id-diskors tagħhom lill-Parlament.

Fid-diskors tagħha, Roberta Metsola tkellmet dwar l-importanza tal-Unjoni Ewropea. Hi qalet li tixtieq tara li ma jkunx hemm iktar distakk bejn settur u ieħor iżda tassigura li jkun hemm ħidma bejn kull partit politiku u kull MEP.

Hi qalet li xejn u ħadd mhu se jwaqqafha milli tkompli taħdem favur il-pajjiżi kollha Ewropej. Roberta Metsola qalet li tinsab kburija li tinsab propju fil-plenarja tindirizza lill-MEPs preżenti, u wegħdet ħidma favur il-Parlament.

Minn naħa tagħha, Irene Montero tkellmet dwar l-importanza tal-għaqda bejn il-pajjiżi kollha fid-dinja u b’hekk indirizzat il-fatt li l-Parlament Ewropew għandu jindirizza l-paċi. Hi tkellmet ukoll dwar id-drittijiet tal-ħaddiema għal futur aħjar madwar l-Ewropa kollha.

Issa li ġew fi tmiemhom id-diskorsi miż-żewġ kandidati, se jkun qed jibda l-proċess ta’ votazzjoni.

Bdew jintgħażlu l-MEPs li sew jieħdu r-rwol ta’ osservaturi għall-għadd tal-voti. Inħatru tmien MEPs li se jservu f’dan ir-rwol.

Il-votazzjoni se tibda minn hawn u ftit tal-ħin ieħor.

Il-kandidati jridu jiksbu l-maġġoranza assoluta tal-votazzjonijiet.

Bħalissa għaddej il-proċess ta’ votazzjoni mill-MEPs.

F’kumment li ta lit-Times of Malta, Alex Agius Saliba kkonferma li hu mhux se jkun qed jagħti sapport lil Robert Metsola f’dan il-vot. Daniel Attard u Thomas Bajada għażlu li ma jweġbux għal din il-mistoqsija.

Segwi hawn il-filmat dirett fil-plenarja tal-Parlament Ewropea fi Strasburgu:

https://audiovisual.ec.europa.eu/en/ebs/live/2?language=EN&subtitles=0.1