Il-Prim Ministru ta’ Franza Gabriel Attal se jibqa’ jmexxi l-Gvern sal-Olimpjadi, minkejja li l-partit tiegħu tilef l-aħħar elezzjonijiet ġenerali.
Il-koalizzjoni xellugi li rebħet l-elezzjonijiet ma tistax tiddeċiedi fuq min għandu jsir Prim Ministru. Għalhekk, il-President Macron talab lil Attal biex jibqa’ jmexxi l-Gvern sal-Olimpjadi – avventiment li l-President qed jikkunsidra bħala importanti ħafna għal pajjiżu.
Wara r-rebħa fl-elezzjonijiet, il-gruppi tal-koalizzjoni tax-xellug mill-ewwel bdew jiġġieldu kontra xulxin. Is-Soċjalisti, flimkien mal-Ħodor u l-Kommunisti qalu li qablu fuq l-eks diplomatiku Laurence Tubiana bħala kandidata. Iżda l-kap ta’ France Unbowed, Manoel Bompard, qal li kieku għażluha bħala Prim Ministru, Macron kien ikollu wisq poter.
Fl-istess ħin, Macron qal li l-partiti taċ-ċentru għandhom jifformaw koalizzjoni b’maġġoranza soda kif ukoll jevitaw partiti estremisti bħan-National Rally u France Unbowed.
//= $special ?>