Internazzjonali

Biża’ li tfaqqa’ gwerra bejn Iżrael u l-grupp Lebaniż Hezbollah

Hekk kif il-Lvant Nofsani diġà qed jesperjenża gwerra f’Gaża, il-kunflitt u t-tensjonijiet bejn Iżrael u l-grupp Lebaniż Hezbollah qed jiżdiedu. B’konsegwenza ta’ dan, it-theddida u l-biża’ li tfaqqa’ gwerra f’dan ir-reġjun qed tkompli tikber.

Dan potenżjalment jaf iwassal għal iżjed inċertezzi f’dan ir-reġjun, fejn jaf nispiċċaw naraw pajjiżi bħall-Istat Uniti u l-Iran jintervjenu f’dan il-kunflitt.

Iktar kmieni dan ix-xahar, kien hemm rapporti ta’ splużjoni f’Tyre, fil-Libanu, hekk kif it-truppi ta’ Iżrael qatlu kmandant tal-Hezbollah, Mohammed Nimah Nasser.

In-Nazzjonijiet Uniti qegħda twissi li l-effetti ta’ dan il-kunflitt jafu jkunu katastrofiċi.